Il-Baġit se jitressaq nhar it-Tnejn 19 ta' Ottubru

Ir-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni, dak iż-żmien ikun Bernard Grech, se ssir nhar it-Tnejn 26 ta' Ottubru

Il-Gvern ħabbar li se jkun qed iressaq il-Baġit għas-sena d-dieħla nhar it-Tnejn 19 ta' Ottubru.

Id-data ħabbarha l-Whip tal-Gvern, Glenn Bedingfield waqt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għax-Xogħol tal-Kamra.

Dakinhar, is-seduta tibda fis-6pm.

Ir-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni, dak iż-żmien ikun Bernard Grech, se ssir nhar it-Tnejn 26 ta' Ottubru. L-għada, it-Tlieta 27 ta' Ottubru, jwieġeb il-Prim Ministru Robert Abela.

More in Politika