Aġġornata | Tmut it-tielet persuna bil-Covid-19 f'24 siegħa; B'kollox mietu 38

Id-dettalji dwar it-tielet persuna se jkunu qed jingħataw aktar tard illum

Fl-aħħar sigħat, żewġ anzjani ta’ 90 u 78 sena mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Intant, waqt il-bulettin mediku ta' kull nhar ta' Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci ħabbret li dalgħodu mietet it-tielet persuna fl-aħħar 24 siegħa, bid-dettalji dwarha se jkunu qed jingħataw aktar tard illum.

Fl-ewwel każ, l-anzjan ta’ 90 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fil-15 ta’ Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Settembru, fejn miet ilbieraħ.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 78 sena kien ikkonfermat pożittiv bil-Covid-19 fl-10 ta’ Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-15 ta’ Settembru, fejn miet matul dan il-lejl.

Dan ifisser li issa l-għadd tal-persuni li tilftu ħajjithom kawża tal-Covid-19 f'Malta tela' għal 37.

 Intant, illum tħabbru wkoll 44 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 63 pazjent.

More in Politika