Tmut anzjana oħra ta' 92 sena li kellha l-Covid-19

L-anzjana kienet residenti f'Dar tal-Anzjani

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 92 sena, li kienet residenti f’dar tal-anzjani, mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.  Din l-anzjana hija r-raba' persuna li tilfet ħajjitha mill-bieraħ u l-31 persuna li kellha l-Covid-19 u mietet mis-7 ta' Marzu sal-lum. 

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Settembru. Hija mietet matul dan il-lejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

More in Politika