Anzjana ta' 86 sena hija s-sittax-il vittma tal-Covid-19 f'Malta

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Awwissu

Anzjana ta’ 86 sena mietet fis-sigħat li għaddew waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa spjega kif l-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei dakinhar stess.

Fit-2 ta’ Settembru ġiet trasferita fl-Isptar St Thomas u wara mill-ġdid l-Isptar Mater Dei fil-5 ta’ Settembru. 

Hija mietet fl-IDU, fl-Isptar Mater Dei, matul il-lejl li għadda.

Il-Ministeru saħaq li hija kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Fl-aħħar jiem, Malta reġgħet rat in-numru tal-infezzjonijiet tal-Covid-19 telgħin 'il fuq, b'għadd ta' każijiet ifeġġu fi djar tal-anzjani differenti.

More in Politika