Jibqgħu jonqsu l-każi attivi; Ifiqu 63 u jirriżultaw 37 każ ġdid

Il-każi attivi issa jgħoddu 372 każ

Fl-aħħar 24 siegħa 63 pazjent tal-Covid-19 fiequ biex hekk l-għadd totali tal-pazjenti li fiequ mill-virus f'Malta huwa ta' 1,690.

Mill-banda l-oħra, hekk kif saru 1,640 test, irriżultaw 37 każ ġdid biex issa l-każi attivi huma 372.

Il-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Minn fost dawk tal-bieraħ, tnejn kienu qraba ta' pazjenti bil-virus, tnejn kienu kollegi u tnejn oħra rriżultaw minn ġemgħat. 

Apparti dawn, żewġ każi ħarġu minn kompetizzjoni tal-bodybuilding filwaqt li tliet pazjenti oħra kellhom kuntatt dirett ma' persuni li mbagħad ħarġilhom il-virus.

More in Politika