Il-kumpilazzjoni kontra Daniel Muka se tibda nhar il-Ħamis

Daniel Muka qed ikun akkużat bil-qtil ta' Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski 

Il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Daniel Muca, akkużat bil-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski se tkun qed tibda nhar il-Ħamis.

Din kellha tibda llum iżda ġiet posposta sal-Ħamis hekk kif l-inkjesta dwar il-qtil għadha għaddejja u għalhekk il-prosekuzzjoni ma setgħetx tressaq ix-xhieda tagħha.

Daniel Muka, li għandu 25 sena, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Muka kien arrestat il-ġimgħa li għaddiet wara li l-Pulizija sabu marki ta’ swaba li jaqblu ma' tiegħu fuq ix-xena tad-delitt.

Iż-żagħżugħ huwa magħruf sew mal-Pulizija hekk kif qed ikun akkużat ukoll bil-hold-up li kien sar fl-istabbiliment ta’ Diamonds International f’Tigné u anke l-attentat tal-qtil ta’ uffiċjali tal-Pulizija.

More in Politika