Ifiqu 65 pazjent ... 32 każ ġdid mill-bieraħ; 'Is-sitwazzjoni qed tistabbilizza'

Tliet pazjenti jinsabu fl-ITU

Fl-aħħar 24 siegħa, 65 pazjent li kienu morda bil-COVID-19, ġew iddikjarati mfejqa.

Mill-banda l-oħra, fl-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 24 każ ġdid tal-virus, biex issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 624.

Ilbieraħ saru 2,109 test.

Intant, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, spjegat li anke jekk in-numri jvarjaw minn ġurnata għall-oħra, minħabba ċ-ċokon ta' Malta, kollox qed jindika li s-sitwazzjoni reġgħet bdiet tistabbilizza ruħha.

Fi kliemha, jekk tieħu l-medja fuq sebat ijiem, jidher li l-kurva bdiet mill-ġdid it-triq tan-niżla.

Intant is-sitwazzjoni fl-isptarijiet hija hekk:

  • Ħames pazjenti fl-Infection Diseases Unit
  • Tliet pazjenti jinsabu fl-ITU
  • 14-il pazjent jinsabu fl-Isptar Boffa
  • 14 il-pazjent jinsabu fl-Isptar St. Thomas
  • 22 pazjent jinsabu fl-Isptar Mount Carmel

More in Politika