'Muscat kien imdaħħal f'attentat biex il-ġustizzja ma ssirx' - Delia

Il-Kandidat għall-Kap tal-PN Bernard Grech jinsisti li dan huwa kapitlu iswed fl-istorja

Adrian Delia
Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia allega illi l-Gvern immexxi minn Joseph Muscat kien imdaħħal f'dak li Delia sejjaħ "attentat biex il-ġustizzja ma ssirx."

Hu kien qiegħed jirreferi għall-allegazzjoni ta' Yorgen Fenech illi Joseph Muscat kien wieħed minn tlieta minn nies li kien jaf illi Keith Schembri kien il-persuna li fassal il-pjan biex tinqatel Daphne Caruana Galizia  u li kien hu wkoll li ħallas sa €80,000 biex isir dan il-qtil.  Fenech kien għamel dawn l-istqarrijiet mal-pulizija waqt li kien qed jiġi interrogat.

Ma' dan is-sit Muscat ċaħad b'mod assolut din l-informazzjoni. 

Delia sostna illi l-Prim Ministru preżenti Robert Abela baqa' sieket fid-dawl ta' din l-informazzjoni u staqs jekk dan kienx il-patt imxajtan: 'Li ma ssirx ġustizzja.'

Adrian Delia - li ssemma' wkoll fil-Qorti minħabba chats li kellu ma' Yorgen Fenech, ikkonfermati illum stess - ma ħax mistopqsijiet tal-ġurnalisti hekk kif dan kien biss messaġġ fuq it-televiżjoni tal-PN.

 

Qed insegwi r-rivelazzjonijiet xokkanti li ħerġin bħalissa fil-Qorti dwar l-assassinju ta’ #DaphneCaruanaGalizia. Biex...

Posted by Bernard Grech on Thursday, August 27, 2020

More in Politika