Kważi 83,000 persuna f'Malta kienu f'riskju ta' faqar fl-2019

Il-maġġoranza ta' dawk li kienu f'riskju ta' faqar huma persuni bla xogħol

Fis-sena 2019, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), kienu b'kollox 82,758 persuna li kienu meqjusin f'riskju ta' faqar f'pajjiża - jiġifieri li d-dħul tagħhom kien inqas minn 60% tad-Dħul Medjan Nazzjonali li ġie kkalkulat għal €9,212.  Dan jirrapreżenta b'kollox 17.1% tal-popolazzjoni, jew żieda żgħira mis-16.8% fis-sena ta' qabel. 

Minn dawn 20.6% jew inkella 16,857 kienu persuni f'riskju ta' faqar li huma taħt it-18-il sena, filwaqt li 27.7% huma anzjani ta' 'l fuq minn 65 sena, jiġifieri 24,129 persuna.  B'kollox 16.9% ta' dawk il-familji li jinsabu f'riskju ta' faqar kienu familji bla tfal dipendenti, jiġifieri 40,838 persuna filwaqt li 17.3% jew 41,920 persuna tal-familji li jinsabu f'riskju ta' faqar għandhom tfal dipendenti. 

Ftit iktar minn nofs dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar jew 53.5% u għandhom aktar minn 18-il sena huma nies bla xogħol, 24.1% huma persuni rtirati u 6.5% huma persuni b'impjieg pero' li xorta jinsabu f'riskju ta' faqar. 

More in Politika