Il-UĦM tibda azzjonijiet industrijali għax il-Gvern ma żiedx il-pagi tal-professjonisti fis-saħħa

Il-union tgħid illi l-Gvern qed isabbat saqajh ma' dawn il-frontliners

Il-UĦM Voice of the Workers ħabbret azzjonijiet industrijali fost il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa wara li  - skont hi - Il-Gvern "wera' biċ-ċar li m'għandux l-intenzjoni li jagħti żieda xierqa lil dawn il-professjonisti li tirrapreżenta.

Dawn il-grupp ta’ professjonijiet speċjalizzati f’setturi differenti fil-qasam tas-saħħa huma l-Audiologists, Biomedical Scientists, Dental Hygienists, Dental Technologists, Occupational Therapists, Physiotherapists, Podiatrists, Radiographers u Speech Language Pathologists.

"Hi ta’ sfortuna li minkejja li hemm ftehim sakdut bi tliet snin, il-Gvern għadu qed isabbat saqajh ma’ dawn il-front liners u mhux lest jagħti żidiet fil-pagi u kundizzjonijiet li jirriflettu l-irwolijiet ta’ dawn il-professjonisti. Dawn il-professjonisti huma pilastru ewlieni fil-qasam tas-saħħa tagħna u nuqqas ta’ ftehim kollettiv ġdid għal dawn il-ħaddiema jfisser kundizzjonijiet li jirriflettu rrealtajiet ta’ seba snin ilu. Dan kollu b’detriment għall-avvanz ta’ dawn ilprofessjonijiet u l-kura tas-saħħa tal-pazjenti," qalet il-UĦM Voice of the Workers. 

Għalhekk minn għada:

 - Operazzjonijiet mhux urġenti ser ikunu posposti • Radiographers fl-emerġenza ser ikunu fuq go slow • CTs, MRI u Theatres ser jiefqu sakemm mhux emerġenza • Testijiet tad-demm mhux ser jiġu proċessati jekk mhux emerġenza jew swabs tal-COVID-19

 - Servizzi tal-Podjatrija ser jitnaqqas għajr għal servizzi urġenti kemm flisptarijiet u l-kura primarja waqt li servizzi fil-komunità mhux se jiġu offruti. • L-Occupational Therapists mhux ser jaraw pazjenti ġodda u mhux se joffru servizzi ta’ home visits.

 - Każijiet ta’ nies li għandhom diffikultajiet biex jibilgħu l-ikel u x-xorb (dysphagia) fil-komunità ser jiġu referuti għall-Casualty filwaqt li servizzi fil-komunità ta’ Speech Language Pathology se jkunu mwaqqfa apparti każijiet ġodda li se jingħataw vista waħda. • Testijiet tas-Smigħ se jiefqu kollha. • Il-Fiżjoterapisti ser ikunu qed jaraw każijiet respiratorji biss.

More in Politika