L-Uffiċċju tal-President iħassar l-edizzjoni ta' Rockestra ta’ din is-sena

L-Uffiċċju tal-President jappella għad-donazzjonijiet lil MCCFF għax it-talbiet għall-għajnuna jibqgħu deħlin minkejja l-pandemija

L-Uffiċċju tal-President ħabbar li fl-isfond taċ-ċirkustanzi attwali u tad-direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-COVID-19, l-edizzjoni ta’ Rockestra ta’ din is-sena mhux se ssir. 

Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Uffiċċju tal-President flimkien mal-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) wara diskussjonijiet dwar wieħed mill-akbar avvenimenti li jsiru ta’ kull sena bil-għan li jinġabru fondi għal dawk l-aktar fil-bżonn.

Rockestra hija waħda minn dawn l-avvenimenti. 

"L-Uffiċċju tal-President filwaqt li jawgura li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna tmur għall-aħjar, u filwaqt li jħeġġeġ lil kulħadd iżomm mad-direttivi u l-pariri maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, iħeġġeġ ukoll biex, kull min jista’, jagħti l-kontribut tiegħu lill-MCCFF bil-għan li din tkun tista’ tkompli tagħti l-għajnuna lil kull min ikun jeħtieġha, għaliex it-talbiet għall-għajnuna mill-MCCFF jibqgħu deħlin kuljum," saħqet l-istqarrija. 

More in Politika