29 każ ġdid ta' Covid-19; Tliet każi fl-isptar Mount Carmel

Intant, fl-aħħar 24 siegħa, ġew iddikjarati erba' pazjenti oħra mfejqa

Fl-aħħar 24 siegħa, saru 1,882 test u minnhom ħarġu 29 każ ġdid ta' Covid-19.

Minn dawn, tliet każi huma mill-isptar Mount Carmel, tnejn minnhom huma mill-cluster ta' Paceville u ħamsa oħra huma qraba ta' pazjenti li rriżultaw pożittiv fl-aħħar jiem.

Pazjent ieħor ħa l-virus mingħand kollega fuq il-post tax-xogħol. Il-bqija tal-każi huma sporadiċi.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa, ġew iddikjarati erba' pazjenti oħra mfejqa biex issa l-għadd ta' każi attivi huwa ta' 440.

More in Politika