Ifiequ erba' pazjenti u jfeġġu 23 każ ġdid ta' Covid-19

L-awtoritajiet tas-saħħa qed iwissu biex persuni ma jmorrux qalb ir-rases

Minkejja li lbieraħ kien il-Ħadd, il-ħaddiema tas-saħħa fiċ-ċentri tal-iswabbing għamlu 'l fuq minn 1,600 test u minn dawn irriżultaw 23 każ ġdid ta' Covid-19.

Apparti dawn, erba' pazjenti oħra ġew iddikjarati mfejqa.

Mill-każi l-ġodda, każ wieħed huwa importat, filwaqt li żewġ każi huma parti mill-cluster ta' Paceville. Dwar il-bqija tal-każi għadha għaddejja l-investigazzjoni mit-team li jagħmel il-contact tracing.

L-għadd tal-każi attivi issa jlaħħaq l-415 biex mis-7 ta' Marzu 'l hawn, f'Malta kien hawn 1,112 il-każ tal-coronavirus.

L-awtoritajiet tas-saħħa qed iwissu biex persuni ma jmorrux qalb ir-rases

More in Politika