20 każ ġdid ta' COVID-19 ... Erbgħa minnhom huma tfal

Il-każi l-ġodda huma kollha lokali

Fl-aħħar 24 siegħa Malta rreġistrat 20 każ ġdid ta' Covid-19, b'erbgħa mill-pazjenti l-ġodda huma tfal.

Apparti t-tfal, tmien pazjenti oħra huma mill-cluster ta' Paceville u sitta huma kuntatt ta' pazjenti li rriżultaw fil-pożittiv fl-aħħar jiem.

Intant, żewġ pazjenti fiequ biex issa l-għadd tal-każi attivi f'Malta huwa ta' 267.

B'kollox, ilbieraħ, saru 1,769 test.

More in Politika