Id-dar tal-anzjani Simblija tingħalaq għall-viżitaturi wara li resident irriżulta pożittiv għall-Covid-19

L-anzjan irriżulta pożittiv wara li ddaħħal l-isptar Mater Dei

Id-dar tal-anzjani tas-Simblija fin-Naxxar, waqqfet iż-żjarat wara li wieħed mir-residenti tagħha rriżulta pożittiv għall-COVID-19 wara li ddaħħal l-isptar.

F’ittra mibgħuta lir-residenti u lill-qraba, id-dar tal-anzjani saħqet li l-istaff u anke l-viżitaturi li kellhom kuntatt mal-anzjan diġà sarilhom it-test u bħalissa qed jerġa’ jsir it-test lill-impjegati kollha li b’xi mod jew ieħor ġew f’kuntatt tar-residenti.

Hu mifhum li l-anzjan li rriżulta pożittiv għandu ‘l fuq minn 80 sena. Fl-aħħar jiem, pazjent ieħor biss kellu ‘l fuq minn 80 sena, hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-maġġoranza tal-każi l-ġodda tal-aħħar jiem kienu fost pazjenti li għandhom inqas minn 35 sena.

Fil-fatt huma inqas minn għaxra dawk il-pazjenti li jinsabu rikoverati fi sptar.

More in Politika