COVID-19 | Il-każi attivi jaqbżu l-mitejn ... 16-il każ ġdid

Ħamsa minnhom minn Santa Venera u tnejn minn Paceville

Fl-aħħar 24 siegħa, minn fost 1,502 swabs, irriżultaw 16-il każ ġdid ta' COVID-19 biex issa l-għadd tal-każi attivi tela' għal 215.

Minn dawn, ħames każi huma relatati mal-festa ta' Santa Venera u tnejn mill-cluster ta' Paceville. Ħames pazjenti oħra huma qraba u ħbieb ta' pazjenti li rriżultaw pożittiv fl-aħħar jiem filwaqt li l-bqija huma każi sporadiċi.

Dan ifisser li mill-festa ta' Santa Venera rriżultaw xejn inqas minn 30 każ u disa' każi mill-cluster ta' Paceville.

Mill-każi attivi, 88 huma immigranti.

 

More in Politika