71 immigrant jiddaħħlu Malta matul il-lejl li għadda

 Kelliem għall-Ministeru qal li qed isir swab test lill-immigranti kollha

Grupp ta’ 71 immigrant li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta lbieraħ filgħaxija ddaħħlu u tniżżlu Malta matul il-lejl li għadda.

L-immigranti tniżżlu Malta għall-ħabta tas-2am u se jkunu qed jinżammu fi kwarantina għal ħmistax.

Dawn il-persuni nstabu fuq dinghy żgħir u ppakkjat bl-NGO Alarm Phone tippubblika minnufih li dawn kellhom bżonn l-għajnuna anke għax allegat li l-awtoritajiet Maltin kienu qed jippjanaw pushback

L-immigranti kienu salvati mill-Forzi Armati. Kelliem għall-Ministeru qal li qed isir swab test lill-immigranti kollha.

88 immigrant mill-127 persuna li ddaħħlu Malta l-ġimgħa li għaddiet irriżultaw pożittiv għall-virus u qed jinżammu f’iżolazzjoni.

Il-Gvern Malti ħareġ sejħa għall-offerti bil-għan li jikri bastiment biex fuqu jkunu jistgħu jinżammu l-immigranti fi kwarantina. Is-sejħa tagħlaq illum.

More in Politika