Jitwaqqfu l-marċi u attivitajiet tal-massa oħrajn jistgħu jsiru b'persuna kull erba' metri kwadri

Is-sidien ta' postijiet fejn se jsiru attivitajiet jeħtieġu jagħmlu asessjar tal-post qabel jingħataw il-permess jorganizzaw 

Waqt konferenza tal-Aħbarijiet id-Deputat PM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal illi bi ftehim mal-Kurja twaqqfu l-marċi tal-festi sakemm il-Gvern jerġa javża mod ieħor.  Hu ħabbar ukoll illi minn għada fit-8:00 a.m kull avveniment irid ikun, limitat skont id-daqs tal-post u ma jistax ikun hemm aktar minn persuna waħda kull erba' metri kwadri - iktar kemm ikun kbir il-post, aktar ikunu jistgħu jkun hemm nies skont dan il-kalkolu.  F'dan il-parametru ma jistax ikun hemm aktar minn 10 persuni flimkien fi grupp li jfisser illi kull grupp irid ikun għalih.  Il-Gvern qed jitlob li l-persuni jħallu d-dettalji tagħhom meta jattendu attività ta' dan it-tip f'każ ta' bżonn ta' contact tracing. 

Kull post li jkollu attività ta' aktar minn 100 persuna irid jagħmel assesjar tar-riskju qabel ma ssir l-attività.  Huwa għamilha ċara li min ma jistax iżomm mal-istandards ma jingħatalux il-permess. 

Huwa qal li s-suċċess ta' pajjiżna kien garantit minħabba l-iddistanzjar soċjali, iżolament ta' pazjenti u li jsir ħafna ttestjar.

Dwar it-tobba u l-infermiera Fearne qal li d-diskussjonijiet se jkomplu fiż-żmien li ġej. Huwa qal ukoll li minn għada n-numri ta' immigranti li jkunu bil-Covid-19 se jitniżżlu fil-lista ta' każi attivi. 

Preżenti kien hemm ukoll is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci li elenkat il-każi f'dawn l-aħħar jiem, u fakkret li l-pajjiż kien lest anke għall-każi ta' immigranti bil-Covid-19.

More in Politika