Kuntatt ta' pazjent bil-COVID-19 jirriżulta pożittiv għall-virus

Ifiequ żewġ persuni oħra fl-aħħar 24 siegħa

Fl-aħħar 24 siegħa Malta kellha pazjent ieħor bil-COVID-19 li huwa qarib ta' pazjent ieħor li fl-aħħar jiem irriżulta pożittiv għall-virus u li għalhekk kien jinsab fi kwarantina.

Ilbieraħ 583 test. Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa, fiequ żewġ persuni oħra, biex issa l-għadd tal-każi attivi reġa' niżel għal 4.

Minn meta feġġ l-ewwel każ, Malta kellha 677 każ u minnhom 664 pazjent fiequ għal kollox.

More in Politika