Seba' każijiet attivi biss ta' COVID-19 f'Malta; L-ebda każ ġdid illum

Ilbieraħ saru 775 test għal total ta' 105,683 minn meta feġġet il-pandemija f'Malta

Malta għandha biss seba' każijiet attivi biss ta' COVID-19 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa fiequ żewġ pazjenti oħra u ma kien hemm l-ebda każ ieħor pożittiv fl-aħħar 24 siegħa.

Ilbieraħ saru 775 test għal total ta' 105,683 minn meta feġġet il-pandemija f'Malta.

Minn meta ħareġ l-ewwel każ pożittiv f'Malta, kien hawn 674 każ u minnhom 658 pazjent fieq. F'Malta, il-medja ta' żmien li pazjent qed jieħu biex ifiq għal kollox mill-virus huwa ta' 16-il ġurnata.

More in Politika