Reno Bugeja jtemm il-karriera tiegħu bħala Kap tal-Aħbarijiet fil-PBS illum

Bugeja kien ilu fil-kariga seba' snin u kien jippreżenta wkoll il-programm ta' ġrajjiet kurrenti, Dissett

Reno Bugeja
Reno Bugeja

Illum niżel is-separju fuq karriera twila ġurnalistika ta' Reno Bugeja - preżentatur ukoll ta' wieħed mill-aktar programmi ta' diskussjoni u ġrajjiet kurrenti popolari f'pajjiżna. 

Dan is-sit jinsab infurmat li llum kienet l-aħħar ġurnata ta' Bugeja bħala Kap tal-Aħbarijiet fix-xandir nazzjonali, il-PBS, kariga li ilu jokkupa dawn l-aħħar seba' snin.  Bugeja - veteran fix-xandir u fil-PBS- kien jippreżenta l-programm Dissett li jitratta ġrajjiet kurrenti diversi. 

Bugeja jtemm il-karriera ġurnalistika tiegħu illum u allura se jkun qed joħloq post vakanti importanti fix-xandir nazzjonali. Bugeja jtemm il-karriera tiegħu wara li spiċċat l-estensjoni li kien ingħata f'Awwissu 2017 biex jibqa' jmexxi l-Kamra tal-Aħbarijiet hu.

Bugeja nħatar fil-kariga mill-ewwel Gvern Laburista u jippreċedieh kien hemm Natalino Fenech. 

Mhux magħruf sa issa - lanqas fil-PBS stess - min se jkun qed jokkupa din il-kariga u minkejja li internament qed jissemmew diversi ismijiet, sa issa xejn mhu uffiċjali. 

More in Politika