Daniel Josè Micallef se jikkontesta għall-kariga ta' Deputat Mexxej Laburista

Micallef jitfa' n-nomina għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista

Daniel Josè Micallef
Daniel Josè Micallef

Daniel Josè Micallef  - bħalissa President tal-Partit Laburista se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta' Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit ġdid, wara bidliet fl-istatut tal-istess partit li reġġa' lura deċiżjoni meħuda taħt it-tmexxija ta' Muscat biex id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista jista' jkun ukoll Deputat Parlamentari.   Din il-bidla kienet seħħet biex fetħet it-triq għal Konrad Mizzi, bħala Deputat Mexxej, kariga li żamm għal ftit żmien biss minħabba l-iżvelar tal-Panama Papers. 

Micallef beda l-karriera politika tiegħu fil-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) u baqa' tiela' sakemm sar President tal-partit. 

Micallef huwa meqjus fil-Partit Laburista u lilhinn bħala politiku moderat, leali u nadif li mexxa l-proċess tal-għażla tal-Mexxej Laburista l-ġdid, proċess mfaħħar bħala trasparenti mill-midja - lokali u internazzjonali - preżenti għal din l-elezzjoni li saret f'Jannar.  Huwa meqjus ukoll bħala l-kandidat preferut għal din il-kariga - it-tieni l-aktar importanti fil-Partit Laburista

Micallef, jekk elett, jieħu post Chrs Cardona li kellu jirriżenja wara li kien implikat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, fix-xhieda li ta Melvin Theuma

More in Politika