L-ebda każ ġdid minn fost 464 swab li saru lbieraħ

Fl-aħħar 24 siegħa, pazjent wieħed fieq għal kollox mill-virus, biex hekk issa hawn 39 każ attiv

Malta ma rreġistrat l-ebda każ ġdid ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa u dan hekk kif ilbieraħ saru 464 test. Dan wara jiem ta' numri baxxi ta' każi ġodda.

Fl-aħħar 24 siegħa, pazjent wieħed fieq għal kollox mill-virus, biex hekk issa hawn 39 każ attiv.

Minn meta feġġ l-ewwel każ f'Malta kien hawn 665 persuna li ġew infettati bil-virus. 617 fiequ.

More in Politika