Titqiegħed l-ewwel ġebla tal-Mużew ta' Għawdex li se jiswa €9 miljuni

Il-Ministru Clint Camilleri qal li issa li tpoġġiet l-ewwel ġebla jħares ’il quddiem li tibqa’ għaddejja l-ħidma sabiex jitlesta dan il-proġett, jinfetaħ u jibda jilqa’ fih l-Għawdxin, il-Maltin u t-turisti.

It-tqegħid tal-ewwel ġebla
It-tqegħid tal-ewwel ġebla

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri flimkien mal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera qiegħdu l-ewwel ġebla tal-Mużew ta’ Għawdex, proġett li se jiġi jiswa madwar €9 miljun.

Il-Ministru Camilleri qal li issa li tpoġġiet l-ewwel ġebla jħares ’il quddiem li tibqa’ għaddejja l-ħidma sabiex jitlesta dan il-proġett, jinfetaħ u jibda jilqa’ fih l-Għawdxin, il-Maltin u t-turisti. Hu qal li jemmen “li b’dan il-proġett se jkollna mużew li apparti li jirrispetta dan kollu ser ikun wieħed mill-attrazzjonijiet li se jkollu Għawdex."

Il-Ministru għal Għawdex qal li dan huwa wieħed mill-akbar investimenti li qed isir f’Għawdex. Spjega li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-ewwel fażi, wing ġdida li se tkun iddedikata għall-istorja marittima filwaqt li se jsir ir-restawr fuq il-binja eżistenti mibnija mill-Perit Huntingford u wings oħrajn. Qal li matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jkun qed jara li jinżammu t-timeframes sabiex dan il-proġett mhux biss jibda imma jitlesta. Hu qal li x-xogħlijiet se jibqgħu għaddejjin għal numru ta’ xhur għaliex huwa proġett kbir. H

Il-Ministru Herrera tenna li Għawdex huwa mogħni b’rikezzi kbar f’dak li huwa patrimonju ta’ pajjiżna. “Ninsab sodisfatt li flimkien mal-kollega Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, il-poplu Għawdxi kif ukoll eluf oħra ta’ Maltin u turisti li jżuru din il-gżira, ser ikollhom l-opportunità li jesperjenzaw il-patrimonju vast li hawn f’Ghawdex”, irrimarka l-Ministru Herrera.

Waqt l-iskavar instabet barriera Rumana ta’ interess arkeoloġiku partikolari u ttieħdet ukoll id-deċiżjoni li tkun integrata fil-binja tal-Mużew. Dan il-proġett qed jiġi implimentat mill-Ministeru għal Għawdex u l-oġġetti li ser ikunu esibiti ġejjin kollha mill-Kollezzjoni Nazzjonali li tmexxi Heritage Malta.

 

More in Politika