Il-persuni vulnerabbli jistgħu jibdew joħorġu? Charmaine Gauci twieġeb

Saħqet li llum se jkun qed jinħareġ avviż legali li jbiddel il-leġislazzjoni li kienet ħarġet biex il-persuni vulnerabbli joħorġu biss għal bżonnijiet

Nhar il-Ġimgħa se jkunu llaxkati diversi miżuri iżda għax hemm diversi mistoqsijiet dwar il-persuni vulnerabbli għax il-Prim Ministru Robert Abela qal li anke dawn għandhom jirritornaw għax-xogħol iżda fl-istess ħin għadhom għaddejja l-appelli biex dawn il-persuni joqgħodu attenti.

Dwar dan, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci fakkret li Malta żammet ir-rata ta' mwiet u anke tal-pazjenti fl-isptar baxxa u saħqet li dan huwa riżultat tal-fatt li mill-bidu nett il-vulnerabbli kienu protetti.

Issa li r-rata ta' trasmissjoni hija waħda baxxa ħafna, inqas minn 0.5, Charmaine Gauci spjegat li dawn jistgħu jibdew joħorġu u jmorru f'postijiet fejn ir-riskju jkun wieħed baxx, anke għax wieħed isegwi l-prinċipji tad-distanza soċjali, l-iġene personali u l-użu tal-maskri/visors fejn indikat.

Saħqet li llum se jkun qed jinħareġ avviż legali li jbiddel il-leġislazzjoni li kienet ħarġet biex il-persuni vulnerabbli joħorġu biss għal bżonnijiet.

Fil-fatt, ikkonfermat li persuni vulnerabbli, dejjem jekk ikun hemm mezzi ta' mitigazzjoni f'posthom, jistgħu jirritornaw għax-xogħol, imorru jimxu u anke jiltaqgħu ma' persuni oħra fi gruppi mhux kbar.

More in Politika