Każ wieħed ġdid ta' COVID-19; L-inqas ammont fl-aħħar ġimgħatejn
Pazjent ieħor ifieq biex hekk l-għadd ta' każi attivi jibqa' ta' 125
More in Politika
Pazjent ieħor ifieq biex hekk l-għadd ta' każi attivi jibqa' ta' 125
Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,560 test u minnhom każ wieħed biss irriżulta fil-pożittiv.
Apparti minn hekk pazjent ieħor kien iddikjarat imfejjaq biex hekk l-għadd tal-każi attivi baqa' ta' 125 każ.
Minn meta feġġ l-ewwel każ f'Malta, kien hawn 600 każ ta' COVID-19.
Waqt il-bulletin mediku tal-lum, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tat id-dettalji tal-każi li ġew ikkonfermati fl-aħħar jumejn, jiġifieri l-15 tal-bieraħ u l-wieħed tal-lum.
Fost il-pazjenti l-ġodda tal-aħħar jumejn kien hemm tliet carers li jaħdmu f'Karin Grech u anke anzjan li kien rikoverat fl-istess sptar.
Kien hemm ukoll carer li jaħdem f'dar tal-anzjani.
Bħalma rriżulta fl-aħħar ġimgħat, diversi pazjenti ma kellhom l-ebda sintomi.
Ħames każijiet bis-sintomi
Seba' każijiet li kellhom kuntatt ma' pazjenti oħra
Erba' każi bla sintomi
Pazjenti fl-isptarijiet