Mis-sena skolastika li ġejja, fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex se jkunu qed jintużaw 45 mobile classroom.
Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said lill-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici.
Bonnici spjega kfi preżentament, fl-iskejjel tal-Istat, hemm total ta' 29 mobile classroom u mis-sena skolastika li ġejja se jkunu qed jiżdiedu 16-il klassi oħra.
Bħalissa dawn huma mqassma fil-
- Kulleġġ San Tumas Moore, Skola Sekondarja Żejtun
- Kulleġġ Santa Theresa, Skola Sekondarja Mrieħel
- Kulleġġ San Nikola, Skola Primarja Ħ'Attard
- Kulleġġ Marija Reġina, Skola Primarja, San Pawl il-Baħar
Għas-sena skolastika d-dieħla, is-16-il klassi miżjuda se jkunu mqassma hekk:
- 8 fil-Kulleġġ San Nikola, Skola Primarja A Rabat
- 8 fil-Kuleġġ San Tumas Moore, Skola Sekondarja Żejtun.
L-ispiża biex dawn il-klassijiet temporanji jkunu installati hija ta' €466,000.
Il-mobile classrooms fil-Kulleġġ Marija Reġina, Skola Primarja San Pawl il-Baħar mhux se jkunu qed jintużaw għax se tkun lesta l-Iskola Primarja ġdida tal-Qawra.