Fid-dawl tal-kriżi Covid-19 il-PN jipproponi li jsir patt soċjali ġdid

Il-Partit Nazzjonalista jipproponi patt soċjali ġdid li jħares lejn ix-xogħol u dħul diċenti fid-dawl tal-kriżi ekonomika li qed toħloq il-Covid-19

Adrian Delia (arkivji)
Adrian Delia (arkivji)

Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jsir patt soċjali ġdid li jiddiskuti x-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja kif ukoll il-kunċett ta' dħul dinjituż u xieraq.  Dan il-patt soċjali għandu jsir wara diskussjoni wiesa' mal-korpi kostitwiti, unjins, soċjetà ċivili u anke bejn il-partiti

Il-PN fil-fatt illum ressaq sett ta' prinċipji u pilastri li fuqhom mibnijin proposti tal-istess partit għaż-żmien li ninsabu fih. L-ewwelnett li l-għajnuna lis-setturi ekonomiċi jibqgħu jingħataw u allura l-għajnununa tingħata l-aktar lil dawk li hemm bżonn, sakemm ikun hemm ġenwinità.  Pilatsru ieħor huwa l-fiduċja u allura li l-Gvern jaqta' l-inċertezza bl-effiċjenza u pilastru ieħor huwa dak illi l-ewwel u qabel kollox hemm is-saħħa.  Pilastru ieħor  huwa l-bżonn ta' trasformazzjoni ekonomika, għal ekonomija iktar sostenibbli u  ieħor huwa dwar patt soċjali ġdid. 

Il-PN qed jipproponi wkoll li tkun iffurmata task force illi fiha jkun hemm diskussjoni biex "flimkien insibu soluzzjoniiet".  Il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Gvern mhux qed ikun trasparenti dwar il-pjani tiegħu u qad iħalli ħafna nies - stakeholders - fid-dlam. "Il-Gvern mhux qed jagħti informazzjoni lil diversi oqsma filwaqt li qed jingħataw verżjonijiet kunfliġġenti ta' fejn sejjer il-pajjiż.," qal Delia li semma' l-fatt li l-Ministru tas-Saħħa semma' l-possibilita li niftħu l-ajruport u ngħalquh għax-Xitwa, fi żmien għall-influwenza, filwaqt li fakkar li l-PM li ma jaqbilx.

"Għaddew xaharejn u konna qed nistennew li nkunu mħejjijin sew għat-tieni mewġa li taf tmiss lill-pajjiżna, minflok il-PM qalilna li l-mewġ fil-baħar biss qiegħed."

"Irridu nkunu preparati," qal Delia li fakkar illi dak ta' bħalissa huwa kollu ġdid għax din qatt ma ġara fl-istorja kontemporanja. "Irridu nippjanw biex ma nerġgħux nagħmlu l-iżbalji tal-passat."

More in Politika