Persuna tinqabad tikser il-kwarantina; 34 persuna oħra mmultati

Fl-aħħar 24 siegħa saru 432 spezzjoni fuq persuni li suppost jinsabu fi kwarantina

34 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant persuna nstabet tikser il-kwarantina obbligatorja fil-432 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

More in Politika