Raġel ta' 53 sena huwa s-sitt vittma tal-COVID-19 f'Malta

Ir-raġel, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, kellu numru ta’ kundizzjonijiet mediċi kroniċi oħra

Raġel ta' 53 sena huwa s-sitt vittma tal-COVID-19 f'Malta.

Ikkonferma dan il-Ministeru għas-Saħħa.

Ir-raġel, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, kellu numru ta’ kundizzjonijiet mediċi kroniċi oħra.

Huwa ġie ttestjat għal-Covid-19 fid-9 ta’ Mejju.

Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei matul il-lejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, għax hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

More in Politika