3,000 maskra b’xejn għall-Għawdxin li jaħdmu Malta

Mil-lum bdew jitqassmu l-ewwel elf maskra

Mil-lum il-Ministeru għal Għawdex beda jqassam l-ewwel 1,000 maskra mingħajr ħlas lill-ħaddiema Għawdxin li qed jinżlu Malta għax-xogħol, kemm għal dawk li jaħdmu mas-settur pubbliku kif ukoll għal dawk li jaħdmu mas-settur privat.

B’kollox se jkunu qegħdin jingħataw 3,000 maskra b’xejn, li huma tad-drapp u għalhekk jistgħu jinħaslu u jintużaw diversi drabi.

Il-maskri jistgħu jibdew jinġabru mil-lum, mill-Home Assist Office li jinsab fl-Experimental Farm, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija. L-uffiċċju jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u t-3pm.

Dawk kollha li jmorru sabiex jiġbru l-maskra għandhom jippreżentaw il-karta tal-identità.

More in Politika