Jirriżenja l-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST

 ... dan wara nuqqas ta' qbil mal-Prinċipal tal-istess istituzzjoni

Frederick Schembri (xellug) waqt iffirmar ta' ftehim mal-MUT
Frederick Schembri (xellug) waqt iffirmar ta' ftehim mal-MUT

Il-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST Frederick Schembri rriżenja wara nuqqas ta' qbil mal-Prinċipal tal-istess istituzzjoni edukattiva.  Jidher illi dan in-nuqqas ta' qbil kien dwar l-impjieg ta' eks priġunier li kien studja fl-istess MCAST,  li ingħata xogħol hawnhekk u kellu dan ix-xogħol mġedded għal darbtjen. 

Jidher li Schembri tħalla fil-għama dwar dan u wara batibekki mal-Prinċipal James Calleja, illum bagħat ittra illi fiha ħabbar ir-riżenja tiegħu minn din il-kariga.  Minkejja li tekinikament hu tefa' din ir-riżenja malli nbidel il-Prim Ministru jidher li din ma kinitx milqugħa u Schembri kien se jibqa' President hu. 

More in Politika