Żewġ każi ġodda u 12 ifiequ mill-Covid-19 f'pajjiżna

Raġel mis-Sudan u mara mir-Rumanija, huma l-aħħar żewġ każi ġodda ta' Coronavirus f'Malta

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta' kuljum tagħha s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret illi minn 1,253 swabs irriżultaw żewġ każi ta' persuni bil-Covid-19  filwaqt li fiequ 12-il persuna.  Dan ifisser illi Malta issa għandha 351 każ ta' persuni li fiequ u 110 każ attiv. 

Dawn iż-żewġ każi ġodda huma, raġel mis-Sudan ta' 33 sena li kellu kuntatt ma' persuna oħra li rriżultat fil-pożittiv u allura kien fi kwarantina.  Il-persuna l-oħra hija mara ta' 29 sena mir-Rumanija li kellha sintomi ta' wġigħ fil-muskoli.  Din il-mara iżda kienert waqfet mix-xogħol. 

More in Politika