Malta ngħatat €5.3 miljun mill-Kummissjoni Ewropea biex jintużaw fil-Fond ta’ Riċerka u Żvilupp kontra l-Covid-19 li nħoloq mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.
Dan il-fond se jkun iddedikat għal kumpaniji u riċerkaturi Maltin biex jagħmlu riċerka dwar il-virus, jiġu żviluppati tilqim jew mediċinali biex idewwu pazjenti mill-effetti tal-virus, għall-iżvilupp ta’ tagħmir mediku, diżinfettant u studji dwar l-imxija, fost l-oħrajn.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-siti elettroniċi tal-MCST u Malta Enterprise.