Estiża l-iskema għall-barranin li nqabdu Malta u jixtiequ jirritornaw pajjiżhom

Il-Ħamis li għadda, il-Gvern ħabbar li assista r-ripatrijazzjoni ta’ 4,700 ħaddiem barrani li għażlu li jirritornaw lura pajjiżhom

Il-Gvern estenda l-iskema tar-ripatrijazzjoni għal dawk il-barranin kollha li jinsabu Malta u li jixtiequ jirritornaw lura pajjiżhom.

L-iskema ġiet estiża sal-10 ta’ Mejju.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li din l-assistenza hija disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea u dawk minn pajjiżi terzi u li kienu jinsabu Malta raġunijiet diversi, fosthom minħabba x-xogħol, edukazzjoni, raġunijiet familjari u turiżmu.

Huma intitolati wkoll anke dawk li ma għandhomx permess għar-residenza.

Il-Ħamis li għadda, il-Gvern ħabbar li assista r-ripatrijazzjoni ta’ 4,700 ħaddiem barrani li għażlu li jirritornaw lura pajjiżhom.

2,603 persuna oħra li rreġistraw kienu qed jistennew.

L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu billi tagħfas hawn.

Wieħed jista’ jċempel ukoll fuq 22042800 jew jibgħat email fuq [email protected].

More in Politika