Iż-żona popolata tal-Port il-Kbir u l-madwar bl-akbar numru ta' każi ta' Covid-19

Mappa turi illi f'Malta iż-żona tal-Port, speċjalment tat-Tramuntana, hemm l-aktar każi ta' Covid-19

Waqt Konferenza tal-Aħbarijet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi l-aktar żona b'każi ta' coronavirus f'pajjiżna hija  dik tat-Tramuntana tal-Port, jiġifieri ż-żona li tinkludi lil Tas Sliema, Swieqi, San Ġiljan , Pembroke, Gżira, Birkirkara, San Ġwann, l-Imsida, Ta' Xbiex u tal-Pietà, fost oħrajn. 

Minn mappa li turi l-ġeo distribuzzjoni tal-Covid-19 f'Malta jidher illi ż-żoni fejn hemm l-aktar każi hija tal-port in ġenerali, li fil-fatt hija l-aktar żona popolata f'Malta.  Iż-żona tan-nofsinhar tal-Port tinkludi lill-Kottonera, Ħaż Żabbar u ż-żoni tal-madwar. 

Gauci wriet ukoll grafika li turi illi pajjiżna fil-fatt għadu tiela' l-kruva, minkejja illi fl-aħħar sigħat kien imġabbar illi 82 persuna fiequ mill-virus. 

Hija qalet ukoll illi hemm aktar każijiet ta' irġiel milli nisa, u r-raġuni għal dan tista' tinkludi fatturi bijoloġiċi. 

More in Politika