Għalliema fl-iskejjel tal-Ingliż jitħallew bla paga u f'inċertezza kbira

Il-UPE mhux qed teskludi li tibda proċeduri kriminali

L-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE) qalet illi ħafna għalliema fi skejjel tal-Ingliż tħallew bla ħlas għal ħafna mis-sigħat li ħadmu f'Marzu. 

Il-UPE qalet illi ħafna minn dawn l-għalliema meta qalu lil dawk li jħaddmuhom biex is-sitwazzjoni tkun irranġata, ħafna impjegaturi qalulhom li m'hemmx flus biex jitħallsu l-pagi u allura dawn ma jistgħux jitħallsu għalissa. Il-UPE qalet illi fl-ebda ħin ma ngħatat idea ta' meta dawn il-pagi se jitħallsu, bl-għalliema jitpoġġew f'sitwazzjoni ta' inċertezza kbira. 

"Agħar minn hekk ħafna minn dawn l-għalliema qalulhom li xorta jridu jibqgħu jaħdmu, anke jekk mhux se jitħallsu."

Għalhekk il-UPE ħabbret li se tieħu azzjoni biex tipproteġi lill-membri tagħha u mhux qed teskludi li tibda proċeduri kriminali kontra dawk li mhux qed iħallsu l-pagi

More in Politika