Żewġ persuni oħra jinqabdu jiksru l-kwarantina obbligatorja

L-ebda stabbilimenti tal-ikel u x-xorb ma nstabu jiksru r-regolamenti

Żewp persuni oħra nqabdu jiksru l-kwarantina mandatorja u ngħataw il-multa ta’ €3,000 kull wieħed, biex hekk, sa issa 42 persuna nqabdu jiksru din l-ordni.

B’kollox, ilbieraħ, saru 524 spezzjoni madwar Malta u Għawdex mill-Pulizija, uffiċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa u anke l-Protezzjoni Ċivili.

L-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb komplew iħarsu r-regolamenti biex jibqgħu magħluqa.

Fl-aħħar 24 siegħa, saru 470 spezzjoni f’Malta u 160 spezzjoni f’Għawdex u ma nstab l-ebda ksur.

Apparti minn hekk, il-Pulizija kienet mgħajta biex tifrex gruppo ta’ ħames persuni jew aktar li minkejja l-avviżi xorta waħda nġabru f’postijiet pubbliċi.

Wieħed jista’ jirrapporta abbużi fuq 21692447.

More in Politika