Is-Soċjetà Ċivili tipproponi li jiefqu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma fi żmien il-kwarantina jew lockdown
Tipproponi wkoll tnaqqis fit-taxxa tad-dħul għal sitt xhur bħala inċentiv ekonomiku
More in Politika
Tipproponi wkoll tnaqqis fit-taxxa tad-dħul għal sitt xhur bħala inċentiv ekonomiku
In-Network tas-Soċjetà Ċivili nediet lista’ proposti bil-għan li jtaffu mill-impatt negattiv li l-firxa tal-coronavirus qed ikollha fuq in-negozji u l-impjiegi u fost oħrajn qed tisħaq li waqt il-perjodu ta’ kwarantina jew lockdown il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma jintbagħatux lid-djar u lill-ħwienet u anke biex ikun hemm tnaqqis fit-taxxa tad-dħul għal sitt xhur bħala inċentiv ekonomiku
Fi stqarrija, is-Soċjetà Ċivili saħqet li l-għan ta’ dan il-proposti huwa li jilħqu :kull kull sfera tas-soċjetà jkollha l-għajnuna meħtieġa biex ma tegħriqx,” liema proposti huma ċċentrati madwar fond ta’ €1 biljun “biex tkun salvata l-ekonomija.”
“Gvernijiet barranin qegħdin jagħrfu x’inhi s-sitwazzjoni, u qegħdin joffru madwar 10% tal-prodott gross domestiku (GDP) tagħhom biex jikkombattu s-sintomi ta’ ekonomija batuta minħabba l-effetti tal-COVID-19,” tkompli tisħaq l-istqarrija.
Insistiet li l-proposti, li se jiswew €1 biljun, ifisser 10% inqas mill-GDP Malti.
“Jekk il-flejjes li qala’ l-Gvern mill-passaporti se jintefqu f’xi ħaġa, għandhom jiġu njettati fl-ekonomija Maltija biex tinżamm il-kunfidenza fis-sistema,” saħqet is-Soċjeta Ċivili
Il-proposti huma dawn: