Fi stqarrija maħruġa mill-Gvern ta’ Malta ġie ċċarat li għalissa l-iskejjel kollha se jibqgħu magħkuqa sat-tmiem il-vaganzi skolastiċi tal-Għid li jintemmu fis-17 ta’ April.
Madanakollu, fl-istess stqarrija, il-Gvern qal li lejn data eqreb is-17 ta’ April se tkun qed issir kommunikazzjoni oħra wara li jerġgħu jkunu kkonsultati l-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Il-Gvern kien ħabbar li l-iskejjel kollu se jagħlqu fit-12 ta’ Marzu, bil-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici jgħid li dawk kellhom jibqgħu magħluqa sal-Ġimgħa li ġej.
Madanakollu, l-awtoritajiet tas-saħħa u tal-opinjoni li għal dawn il-ġimgħat li ġejjin, l-iskejjel jibqgħu magħluqa.