Coronavirus | L-aħħar żviluppi minn madwar id-dinja

Franza inkwetata, il-Ġermanja tagħlaq il-fruntieri u New York tagħlaq ir-ristoranti, il-bars u l-postijiet pubbliċi

Dalgħodu s-sit illum.com.mt se jagħti ħarsa lejn l-aħħar żviluppi marbuta mal-coronavirus minn madwar id-dinja:

  • Italja: F'ġurnata jmuru 'l fuq minn 380 persuna. It-total tal-vittmi jitla' għal 1,809.
  • Italja: 2,335 persuna fiequ hekk kif l-Italja sa issa kellha total ta' 27,747
  • Franza: Issa għandha 'l fuq minn 5,000 każ u 107 persuni tilfu ħajjithom
  • Franza: Il-Kap tas-Servizzi tas-Saħħa jgħid li s-sitwazzjoni hija 'inkwetanti' u 'qed tiggravara malajr'
  • Żvizzera: Il-każi jitilgħu għal 2,220 u 14-il persuna tilfu ħajjithom
  • Euro: Il-Federazzjoni Taljana tal-Futbol titlob il-postponiment tal-Euro 2020 bil-għan li l-Italja tkun tista' ttemm l-istaġun tas-Serje A li jinsab wieqaf
  • New York: Magħluqa l-iskejjel, ir-ristorantik, il-bard u l-postijiet kollha pubbliċi
  • Los Angeles: timxi fuq il-passi ta' New York u tagħmel lockdown
  • Ġermanja: Tagħlaq il-fruntieri kollha tagħha għall-ivjaġġar mhux neċessarji
  • Ċina: Il-każi importati issa qed jaqbżu t-trasmissjoni lokali tal-virus
  • Ċina: Bħalissa ċ-Ċina għandha inqas minn 10,000 każ

More in Politika