Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li qed ikunu sospiżi t-titjiriet tar-Ryanair minn u lejn Milan, Bergano u Treviso.
Fuq Facebook, il-Ministru saħqet li din id-deċiżjoni ttieħdet wara diskussjonijiet immexxija mill-Prim Ministru Robert Abela, uffiċjali tal-Malta Air (il-kumpanija sussidjarja tar-Ryanair) u l-Ministeru tat-Turiżmu.
Hija qalet li dawn it-titjiriet se jkunu sospiżi b’effett immedjat mil-lum.
Fil-fatt, illum waranofsinhar, kellha tasal titjira minn Bergamo fit-3:05am u l-istess ajruplan kellu jirritorna lejn Bergamo fit-3:30pm.