L-asoċjazzjoni medika Masltija (MAM) u l-Union Ħaddiema Magħqudin sostnew illi l-Gvern għandu b'mod immedjat iwaqqaf it-titjiriet kollha minn żoni ta' riskju għoli u jimplimenta kwarantina mandatorja fejn neċessarju.
"MAM u l-esperti fil-qasam tas-saħħa għamluha ċara diversi drabi illi 20 titjira mit-Tramuntana tal-Italja flimkien ma' kwarantina volontarja ma kinux biżżejjed u se tfalli."
Il-UĦM ilha għall-aħħar ġimgħa tinsisti għal taħriġ kull fejn hemm impjegati tas-saħħa. "Filwaqt li din ħadmet f'ċerti dipartimenti, hemm dipartimenti oħra li waqgħu lura."