'Li nkomplu ninjoraw it-tħassib tal-bdiewa hija theddida għas-sigurta' tal-ikel'

L-għaqda Extinction Rebellion dwar in-nuqqas ta' xita u d-deżertifikazzjoni

"Id-deżertifikazzjoni u n-nuqqas ta' xita huma marbuta, b'mod inevitabbli, mal-bidla tal-klima. Fl-aħħar jiem bdiewa lokali tkellmu fuq staġun ta' nixfa, li twassal għal ħsad ħafna inqas.  Apparti dan, l-użu ta' art agrikola għal proġett tal-infrastruttura tat-toroq (bħall-Proġett Central Link) u faċilitajiet tal-immaniġjar tal-iskart il-Magħtab ikomplu jipperikolaw lill-bdiewa."  Hekk sostniet Anna Fava mill-għaqdqa Extinction Rebellion Malta.

Fava fakkret illi għalkemm il-bdiewa jirrapreżentaw biss 1% tal-ħaddiema humma responsabbli biex jipprovdu ikel għall-familji u anke annimali.  

"Li nkomplu ninjoraw it-tħassib tal-bdiewa hija theddida għas-sigurta' tal-ikel," sostniet hekk kif fakkret li r-reġjun ta' isfel tal-Mediterran b'mod partikolari jinsab mhedded.

Fid-dawl ta' ġrajjiet riċenti, l-organizzazzjoni qed issejjaħ għall-protezzjoni tal-għajxien tal-bdiewa u għal inċentivi għall-agrikoltura sostennibbli u reġenarattiva mingħand l-awtoritajiet.

Intant nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM ippubblikat editorjal dwar dan is-suġġett, illi fih appellat għal aktar għaqal fil-ħażna tal-ilma.

More in Politika