Illum il-Parlament jiddiskuti emendi għal-liġi dwar il-vjolenza domestika

Mistennijin aktar laqgħat bejn diversi għaqdiet u l-Ministru Zammit Lewis sabiex ikunu diskussi aktar emendi qabel il-liġi tmur fi stadju ta' Kumitat

Persuna żżomm messaġġ kontra l-vjolenza  - Ritratt: Mediatoday
Persuna żżomm messaġġ kontra l-vjolenza - Ritratt: Mediatoday

llum il-Parlament se jiddiskuti emendi għall-Kodiċi Kriminali sabiex jisaħħu dispożizzjonijiet relatati ma’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika. Din id-diskussjoni ilha programmata xi jiem għalkemm inzertat ser issir illum, ftit sigħat wara li nqatlet mara f'attakk vjolenti mill-persuna li kienet f'relazzjoni miegħu.

Fost it-tibdiliet qed ikun propost illi fil-każ ta' moħqrija jew abbandun ta' minuri, fejn sa issa l-Kodiċi Kriminali tapplika għal dawk taħt 12-il sena, issa din l-età se titla' għal 16-il sena.  Intant qed ikunu proposti emendi għall-Ordnijiet ta' Protezzjoni Temporanji. F'dan il-każ qed ikun propost li l-asessjar tar-riskju isir biss minn professjonisti, mibgħuta minn Appoġġ.

Qed ikun propost ukoll illi l-pulizija tibda investigazzjoni biex tiddettermina jekk ikunx hekk bżonn protezzjoni temporanja jew le.

Intant dan is-sit huwa infurmat illi qabel dan l-abbozz jgħaddi għat-tielet qari, fi stadju ta' kumitat Parlamentari se jrisu laqgħat mill-ġdid bejn il-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis u diversi għaqdiet illi fil- fatt iltaqgħu miegħu lbieraħ.  Dan se jsir biex jiddiskutu jekk ikunx hemm bżonn aktar emendi għal dan l-abbozz.

Edward Zammit Lewis - Ritratt: DOI
Edward Zammit Lewis - Ritratt: DOI

More in Politika