Dan is-sit jinsab infurmat li n-negozjati bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana damu għaddejjin hekk kif din baqgħet tirreżisti li titlaq minn Ministru ta’ Għawdex.
Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata illi Abela offra d-dekasteru tal-edukazzjoni lil Justyne Caruana, minflok dak ta’ Għawdex. Jidher iżda illi Caruana sostniet li hi mhux se taċċetta dan għaliex mexxiet id-dekasteru tagħha b’effiċjenza u dejjem kienet retta f’xogħolha.
Caruana fil-fatt hija l-aktar persuna li damet Kastilja anke jekk kienet waħda mill-ewwel Ministri li daħlu fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Minflok, il-portafoll tal-edukazzjoni ngħata lil Owen Bonnici, li kellu f’idejh il-ġustizzja taħt il-Gvern ta’ Joseph Muscat.
Intant Għawdex se jkollu żewġ Deputati fil-kabinett: Caruana u Clint Camilleri li ngħata l-Ministeru tal-Biedja u Sajd.
Caruana ngħatat il-kariga tal-lum wara l-elezzjoni tal-2017 hekk kif l-eks PM Joseph Muscat ma tax il-Ministeru ta’ Għawdex lil Anton Refalo.
Taħt pressjoni dalgħodu ...
Intant dalgħodu Caruana tinsab taħt pressjoni hekk kif The Sunday Times ippubblikat storja li tgħid illi żewġha u eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta siefer ma' Yorgen Fenech biex jara logħba futbol.