X'kienu qalu mal-ILLUM Robert Abela u Chris Fearne?

Is-Sibt filgħaxija, jibdew jingħaddu l-voti għal l-elezzjoni għall-Prim Ministru ġdid u ma dan, tibda paġna ġdida fl-istorja tal-Partit Laburista, allura x'qalu dawn il-kandidati fil-passat?

Robert Abela, f’intervista li għamel mal-gazzetta ILLUM fl-2017, tkellem fuq numru ta’ punti li reġa semma fil-kampanja elettorali tiegħu għal-Prim Ministru.

Abela dwar il-livell t’għajxien.

“Kemm jekk per eżempju jmorru jieklu barra, jekk isiefrux, iż-żieda fil-pensjonijiet..”

Abela dwar it-titjib fil-kwalità tal-ħajja.

“Hemm differenza kbira u sostanzjali fil-ħajja li qed jgħix ilpoplu llum. Vera, għad fadal min jinsab fil-faqar, imma jinħass titjib kbir. Il-pajjiż għamel qabża kbira u l-Gvern ħa diversi miżuri, mhux biss dawk li diġá semmejt imma wkoll ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.”

Abela dwar kif l-ekonomija affetwat il-faqar.

“L-effett tat-tkabbir jinħass mal-pajjiż kollu. L-akbar domanda li hemm illum hija jekk it-tkabbir ekonomiku hux qed jinżel fil-livelli kollha tas-soċjetà. Irridu nammettu li l-faqar għadu jeżisti,”

Abela dwar il-kontroll fuq il-kontroll fuq il-kiri.

“Il-mument li tipprova tikkontrolla l-kirjiet se jqumulek is-sidien, se jikkontestaw id-deċiżjoni u se jkollhom raġun.”

Robert Abela dwar l-ogħtja tal-prijorità lid-dejn nazzjonali fuq il-bini tad-djar.

“Kellek id-dejn nazzjonali, tant li Malta kienet filproċedura ta’ defiċit eċċessiv, kellek l-Enemalta bi €800 miljun dejn. Kieku kkollassat, kien ikollok effett ikrah fuq il-pajjiż. Dawn l-affarijiet ma kienux se jissolvew f ’ġurnata waħda, imma ġew indirizzati b’suċċess.”

Abela dwar il-perċezzjoni li l-Gvern mhuwiex trasparenti.

“Għalkemm il-perċezzjoni kienet li dan il-Gvern ma jaħdimx ghat-trasparenza, dan mhux minnu”

Abela dwar il-perċezzjoni tan-nies fuq il-PN u l-PL.

“Li hemm element ta’ diżappunt fuq dan u l-argument jew perċezzjoni li t-tnejn huma l-stess hija realtà diżappuntanti għalija. L-inqas ħaġa li qatt irrid inkun assoċjat magħha jien hija li ma nkunx korrett lejn il-valuri tiegħi jew li tħammiġt. Fis-snin li kont avukat, fosthom għal snin mal-MEPA, lanqas qatt biss għaddieli minn moħħi li nieħu ċenteżmu li ma jimmeritanix. Jien dħalt fil-politika, preċiżament, biex nagħmel din id-differenza.”

Abela dwar il-problema ta’ xogħol prekarju.

“Il-problema teżisti u naf għax naħdem ma’ nies b’dawn il-problemi. L-impjieg prekarju mhux biss flus u kemm taqla’ paga, imma wkoll li titħaddem fuq kuntratt ta’ xahar b’xahar, jew sitt xhur sitt xhur u qatt ma taf fejn qiegħed u ma tistax tieħu self mill-bank.”

Abela dwar ħlas differenti għall-istess xogħol, kif ukoll pagi baxxi.

“Għax dawn il-ħaddiema għandhom employer differenti.” “Din l-anomalija għandha tkun indirizzata u allura l-ħlas ikun l-istess. Jien li jdejjaqni, ħafna employers li qed issemmi sejrin tajjeb, l-investimenti u l-qligħ tagħhom splodew, allura għall-ħaddiem isibuha daqshekk diffiċli biex isib flus u jżidlu l-paga?”

 

Chris Fearne f'intervista mas-sit ILLUM f'Settembru li għadda tkellem fuq bosta affarijiet, fosthom is-settur tas-saħħa

Fearne dwar l-istat tas-settur tas-saħħa taħt il-Gvern Nazzjonalista.

“Ir-riżorsi umani kienu qed jonqsu, il-bereġ kienu qed jiġu abbandunati, tagħmir ġdid kważi xejn. Il-listi ta’ stennija kienu telgħin, kien hemm nuqqas ta’ tmexxija, nuqqas ta’ ppjanar u mediċini out of stock.”

Fearne fuq in-numru ta’ studenti li ggradwaw bħala infermiera.

“Għaxar snin ilu ggradwaw 51 infermier. Din is-sena se jiggradwaw 180. L-akbar żieda ta’ rata ta’ infermiera gradwati fl-Unjoni Ewropea,”

Fearne dwar il-bidla tas-sistema ghas-servizz tal-pazjenti.

“Daħħalna l-patient charter. Jagħti l-ammont ta’ ħin li wieħed jista’ jistenna fl-emerġenza, fl-out patients, għall-kura tal-kanċer u għall-operazzjonijiet ... jekk dak il-ħin inqabeż, tista’ tmur tinqeda fi sptar privat u jħallas il-Gvern. Ftit li xejn kellna naslu għal din is-sitwazzjoni,”

Fearne fuq l-impatt tan-Nazzjonalisti fuq l-Ipstar Mater Dei.

“Gvernijiet Nazzjonalisti bnew Mater Dei, nefqu ħafna riżorsi u l-pjan kollu tal-qasam tas-saħħa kien Mater Dei ... Il-konsegwenza kienet li abbandunaw il-qasam tal-kura primarja, aħna jidhrilna li jekk tista’ tieħu l-kura fil-komunità ma għandekx tmur Mater Dei.”

Fearne dwar it-twaqqif ta ċentru reġjonali tas-saħħa ġdid.

“Fix-xhur li ġejjin se noħorġu sejħa biex ikollna ċentru ieħor reġjonali fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta,”

Fearne swar użu tal-ispazju aħjar fl-Isptar.

“Qed noħorġu numru ta’ servizzi, anke li mhumiex kliniċi u affarijiet amministrattivi minn Mater Dei għal binjiet oħrajn madwar l-isptar, inkluż binjiet li dwarhom qed niddiskutu mal-Università, biex nilliberaw aktar spazju f’Mater Dei u jiżdiedu s-sodod,”

Fearne dwar ċentri tas-saħħa mentali.

“Fl-aħħar xahrejn ftaħna ħames ċentri ġewwa Malta u se jkollna wkoll f’Għawdex ... għandna l-art identifikata u l-pjan tagħna huwa li jkollna sptar apposta fil-kumpless ta’ Mater Dei. Bħalma inti tidħol l-isptar jekk għandek infezzjoni fil-pulmun, f’dan l-isptar tak attakk ta’ skizofrenija, dħalt, ħadt il-kura u ħriġt u mhux tidħol l-isptar u tibqa’ hemm ħamsin sena kif kien jiġri qabel,”

Fearne fuq mistoqsija dwar taħt min taqa r-responsabbiltà tal-Vitals.

“Dawn huma mistoqsijiet ipotetiċi,”

Fearne fuq mistoqsija dwar għala kien qed jippoża f’numru ta’ magazines.
“Imbilli għandi kelb? ... Xi xahar ilu kien hemm Ira Losco fuq il-magazine, allura din ħierġa għal Prim Ministru? Dawk il-magazines  minn jeddhom,”

More in Politika