Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f'Bormla

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq San Ġwann T’Għuxa

Raġel ta’ 66 sena, residenti Bormla, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fi Triq San Ġwann T’Għuxa.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija.

Jidher li l-anzjan ittajjar minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Fgura.

Huwa ttieħed Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar l-inċident infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Politika