Repubblika titlob lill-President biex jipproteġiha mit-theddid

Titlob ukoll lill-President biex jinterveni pubblikament mal-gvern biex irażżan il-konfrontrazzjoni

Ritratt James Bianci
Ritratt James Bianci

Repubblika, f’ittra li bagħtet lill-President George Vella, qalet li qed tirċievi messaġġi ta’ tgħajjir, intimidazzjoni u theddid t’aġir vjolenti u ta' mewt kontra l-membri tagħha u għalhekk talbet il-protezzjoni tiegħu.

Repubblika qalet ukoll li waqt li fil-passat kienet ingħatat il-protezzjoni mill-Pulizija, wara l-istqarrija li ħarġet il-Pulizija, Repubblika m’għadiex tafda l-Kummissarju. Minkejja dan qalet li xorta għanda l-fiduċja fil-maġġoranza tal-Pulizija.

Barra minn hekk qalet li għalkemm il-maġġoranza ta’ theddid kontriha ġej minn sostenituri Laburisti, hija ma kinitx ħa tagħti l-ħtija kollha lill-Laburisti u ħeġġet il-President ukoll biex jipproteġi lilha u lil pajjiż “mill-klikka ta’ kriminali”.

Żieded tgħid li: “Din il-klikka użat għal snin il-kredenzjali u l-mezzi tal-Partit Laburista biex tkun tista’ tisraq u timla bwietha. Użat dawk il-kredenzjali u l-mezzi biex qatlet lil Daphne Caruana Galizia biex setgħet tkomli tisraq mingħajr ma tħallas t’egħmilha”.

Ikkonkludiet l-ittra billi saqsiet lill-President biex “jinterveni fis-sitwazzjoni u, b’żieda ma’ dan, biex jinterveni pubblikament mal-gvern biex irażżan il-konfrontrazzjoni u jaqta’ l-gideb dwar vjolenza li ma teżistix, biex il-Kummissarju tal-Pulizija ikun leali lejn il-liġi, mhux lejn il-klikka, mal-Partit Laburista biex jirrappurtaw il-verità u mal-poplu Malti biex jingħaqdu wara l-verità u l-ġustizzja”.

More in Politika