Il-Belt Valletta dalgħodu kienet mifqugħa bl-uffiċjali tal-Pulizija hekk kif Repubblika u Occupy Justine organizzaw protesta biex issejjaħ għar-riżenja ta' Joseph Muscat waqt li se tkun għaddejja l-parata u ċ-ċelebrazzjoni ta' Jum ir-Repubblika.
Il-Pulizija jippakkjaw tul triq ir-Repubblika u anke quddiem il-Berġa ta' Kastilja u l-Parlament.
Il-President George Vella, li għadda bil-vettura minn Triq ir-Repubblika, intlaqa' bl-għajjat u t-tisfir ta' 'mafja' u 'korrotti,' l-istess kif intlaqgħet il-parata tal-Forzi Armati ta' Malta.
Il-Prim Ministru jinsab fi Brussell u għalhekk kien id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li rrappreżenta lill-Gvern.
Id-dimostranti żammew kartelluni b'wiċċ Muscat u anke uħud b'wiċċ martu Michelle u l-kliem: "Lupu liebes ta' ħaruf."
Il-protesta spiċċat bil-kant tal-innu Malti hekk kif intemmet iċ-ċerimonja uffiċjali.